Record Label: WickedandLoud Records
Mużika: Amber / Elton Zarb
Kliem: Simon Bartolo
Produzzjoni u Arranġament: Elton Zarb
Produzzjoni Viżwali: tribe.
-----------------------
Segwi lil Amber:
Facebook:
Instagram:
Spotify:
-----------------------
Sbuħija: Vigorous, Power To Your Hair | Gold Fever Hair Extensions / Make up by Dea / File N style by Charlet / FNS Laser & Beauty
-----------------------
Kliem:
L-ewwel nett nixtieq ngħid
Illi dan il-mument
Mhuwiex int, mhuwiex jien
Huwa aħna t-tnejn
Mingħajrek, mingħajri
Nafu li m’aħna xejn.
Mingħajrek, mingħajri
Nafu li m’aħna xejn.
Tieni nett dan id-drapp
Lest li jġarrab il-piż
Tal-għajxien tal-mument
Tal-imħabba bla qies
Dan iż-żmien tal-Milied
Tant iħobbu n-nies
Huwa l-int, huwa l-jien,
Huwa l-aħna flimkien.
Dan hu mument ferm maġiku
Li nħoss kull meta nkunu
Maġenb xulxin jiena u int -
Inżommlok idejk u nibqa’ ħdejk.
Dan huwa mument storiku
Li nħoss kull meta nkunu
Maġenb xulxin jiena u int -
Inżommlok idejk u nibqa’ ħdejk.
Miż-żmien kollu li nippreferi
Dan hu ż-żmien li jagħmilna veri.
Miż-żmien kollu matul is-sena
Huwa żmien il-Milied li jagħtina l-hena.
Fl-aħħar nett nixtieq ngħid
Illi nħobb il-Milied
Mal-familja, in-nanniet,
Mal-kuġini u mal-ħbieb.
Niftaħ qalbi, niftaħ dari,
U niftaħ beraħ il-bieb.
Niftaħ drigħi, niftaħ moħħi,
U niftaħ beraħ il-bieb.
Dan hu mument ferm maġiku
Li nħossu kull meta nkunu
Maġenb xulxin jiena u int -
Inżommlok idejk u nibqa’ ħdejk.
Miż-żmien kollu li nippreferi
Dan hu ż-żmien li jagħmilna veri.
Miż-żmien kollu matul is-sena
Huwa żmien il-Milied li jagħtina l-hena.
???? ???? ????